Il-fonetika tal-Esperanto

Il-fonetika tal-Esperanto mqabbla ma’ tal-Malti

1. L-Esperanto hu fonetiku, jiġifieri kull ittra għandha ħoss wieħed li ma jitbiddel qatt.

2. M’hemmx ittra li ma tinħassx ngħidu aħna bħall- jew h fil-Malti.

3. Il-Vokalihuma a,e,i,o,u: jinkitbu u jinħassu bħal fil-Malti.

4. Il-Konsonanti: hemm dawk li jinkitbu u jinħassu bħal fil-Malti li huma dawn:

  • b,d,f,g,j,k,l,m,n,p,r,s,t,v.

U mbagħad hemm dawn li ġejjin li jinħassu mod ieħor mill-Malti. Dawn huma:

  • ĉ tinħass bħaċ-ċ Maltija. Eż. ĉielo tinqara ċielo(sema),
  • c tinħass bħaz-z Maltija. Eż. certa tinqara zerta(ċert/a),
  • ĝ tinħass bħall-ġ Maltija. Eż. anĝelo tinqara anġelo (anġlu),
  • h tinħass bħall-ħ Maltija. Eż. haro tinqara ħaro (xagħra-hair)
  • ŝ tinħass bħax-x Maltija. Eż. ŝi tinqara xi (hi),
  • ŭ tinħass bħall-w Maltija. Eż. aŭgusto (Awwissu),
  • z tinħass bħaż-ż Maltija. Eż. ekzameno (eżami),

Iż-żewġ konsonanti li ġejjin se neħduhom għalihom għax huma kemxejn strambi għalina għalkemm mhux diffiċli tlissinhom:

  • ĥ: ħoss dil-konsonanti m’għandniex fil-Malti; għandha ħoss gutturali, jiġifieri mill-gerżuma. Tlissinha qisek qed tlissen kh fdaqqa. Fl-Esperanto ftit hemm kliem biha. Eż. ĥaoso (kaos), ĥoro (kor),
  • ĵ:  l-istess hawn, fil-Malti m’għandniex bħalha. Naqrawha bħalma naqraw il-konsonanti s fi pleasure, jew il-j Franċiża bħal f’jaloux. Eż. ĵaluza (għajjur/a),ĵeleo (ġeli).

5. Billi bħalma għedna l-Esperanto hu fonetiku, l-ittri li jkun fiha kelma jridu jinqraw separatament u ċari, jiġifieri kull ittra trid tinqara ċara. Hekk balai (tiknes) trid tinqara ba-la-i u mhux balaj; iam (xi darba) trid tinqara i-am u mhux jam; praulo (antenat) trid tinqara pra-u-lo u mhux prawlo; foiro (fiera) trid tinqara fo-i-ro u mhux fojro.

6. L-Aċċent: fil-lingwi kollha kull kelma għandha ħoss qawwi li nsejħulu ‘aċċent’. Ngħidu aħna l-kelma ‘Maltija’ l-i tinħass aktar qawwija mill-vokali l-oħra. Issa, fl-Esperanto l-ħoss qawwi ta’ kull kelma jaqa’ dejjem, u mingħajr ebda eċċezzjoni, fuq is-sillaba jew aħjar fuq dik il-vokali li tiġi qabel l-aħħar vokali.  Din hi regola importanti biex taqra sewwa l-Esperanto.

Naqrawha bħalma naqraw il-konsonanti s fi pleasure, jew il-j Franċiża bħal f’jaloux. Eż. ĵaluza (għajjur/a), ĵeleo (ġeli).

5. Billi bħalma għedna l-Esperanto hu fonetiku, l-ittri li jkun fiha kelma jridu jinqraw separatament u ċari, jiġifieri kull ittra trid tinqara ċara. Hekk balai (tiknes) trid tinqara ba-la-i u mhux balaj; iam (xi darba) trid tinqara i-am u mhux jam; praulo (antenat) trid tinqara pra-u-lo u mhux prawlo; foiro (fiera) trid tinqara fo-i-ro u mhux fojro.

6. L-Aċċent: fil-lingwi kollha kull kelma għandha ħoss qawwi li nsejħulu ‘aċċent’. Ngħidu aħna l-kelma ‘Maltija’ l-i tinħass aktar qawwija mill-vokali l-oħra. Issa, fl-Esperanto l-ħoss qawwi ta’ kull kelma jaqa’ dejjem, u mingħajr ebda eċċezzjoni, fuq is-sillaba jew aħjar fuq dik il-vokali li tiġi qabel l-aħħar vokali.  Din hi regola importanti biex taqra sewwa l-Esperanto.

Biex teżerċita ruħek lissen dal-kliem li ġej fuq dik is-sillaba jew vokali li għandha sing taħtha: dua, unua, kiu, sincera, ĵurnalo, ĵaŭdo, junio, morgaŭ, miliono, sabato, familio, balai, kiuj, knaboj.

Mhux diffiċli taqra l-Esperanto. Biżżejjed tkun taf il-punti t’hawn fuq u tifhimhom sewwa.

Biex tkompli titgħallem l-Esperanto u wkoll ikollok tagħrif fuqu, biżżejjed jekk għandek kompjuter tikklikkja fuq jew ‘Esperanto’ jew ‘Zamenhof’ jew biex titgħallmu kklikkja “lernu.net”. Barra minn dan, il-Malta Esperanto-Societo għandha ħafna kotba kemm biex titgħallem l-Esperanto kif ukoll biex taqrah.

Biex ikollok idea, se nagħtu l-‘Missierna’ bl-Esperanto.

Patro nia, kiu estas en la ĉielo, sanktigata estu via nomo, alvenu via regno, fariĝu via volo kiel  en la ĉielo tiel ankaŭ sur la tero.

Nian panon ĉiutagan donu al ni hodiaŭ, kaj pardonu al ni niajn ŝuldojn kiel ankaŭ ni pardonas al niaj ŝuldantoj. Kaj ne konduku nin en tenton, sed liberigu de la malbono.

Ĉar via estas la regno kaj la gloro eterne. Amen.

 

 

 

Recent Posts