FAQs

Il-Moviment Esperantista

(Aqra l-ktieb: ‘Zamenhof’ maħruġ mill-Malta Esperanto-Societo, biex ikollok aktar tagħrif fuq l-istorja tal-Esperanto)

1. Meta twieled Zamenhof u fejn?

Lazarus Zamenhof - The Founder of Esperanto

Dr L L Zamenhof

Twieled fil-15 ta’ Diċembru 1859 fi Bjalistok, il-Polonja.

2. X’kien jismu Zamenhof?

Lazarus Ludvik.

3. Xi tfisser il-kelma ‘Esperanto’?

Tfisser: “Wieħed li jittama”.

4. X’kien jisimha mart Zamenhof?

Klara Silbernik.

5. Minn fejn  ġab il-flus  Zamenhof  biex ippubblika   l-ewwel ktieb tiegħu tal-Esperanto?

Mid-dota ta’ martu li aċċettat li tgħinu.

6. Kif niżżel ismu Zamenhof fuq dan l-ewwel ktieb tal- Esperanto?

Doktoro Esperanto.

7.  Wara li laħaq tabib, Zamenhof ma ħassx li kellu jkompli  l-professjoni tiegħu ta’ tabib ġenerali. U speċjalizza. Fiex?

Bħala okulista, jiġifieri speċjalista tal-għajnejn.

8. Kemm kellu tfal? X’kien jisimhom? X’laħqu wara li spiċċaw l-istudji tagħhom fl-università?

Kellu tlieta: Adam (okulista), Sofia (tabiba) u Lidja(avukatessa,   imma   qatt  ma   ħadmet   t’hekk,     għax għaddiet ħajjitha tgħallem  il-lingwa ta’ missierha   f’pajjiżi diversi).

9.  Meta miet Zamenhof?

Fl-14 t’ April 1917.

10. Meta deher l-ewwel ktieb tal-Esperanto?  U  kemm  kellu żmien Zamenhof meta ħarġu?

Il-ktieb deher f’Lulju 1887.  Għalhekk  din   hi  d-data tat-twelid ta’ l-Esperanto. Hawn Zamenhof kellu 28 sena.

11. Semmi mill-inqas tliet kotba li Zamenhof qaleb minn  lingwi oħra għall-Esperanto.

It-Testment il-Qadim kollu mill-Ebrajk,  il-Ħrejjef ta’ Anderson u Hamlet ta’ Shakespeare.

12. Semmi xi poeżiji li kiteb Zamenhof.

La Espero, li hu l-innu ta’ l-Esperanto; Mia Penso; Ho Mia Kor’  u La Vojo.

13. Semmi tlieta minn nies kbar li ttantaw jiktbu lingwa internazzjonali li ma rnexxietx.

Descartes, Leibnitz u Komenski (jew Comenius).

14.  L-istudjużi tal-lingwi (lingwisti), qabel Zamenhof, kienu ilhom   itambru fuq kif kellha tkun lingwa internazzjonali. Kollha qablu fuq tliet punti li għandhom ikunu l-karatteristiċi ġenerali ta’ lingwa bħal din. X’kienu dawn it-tliet punti?

  • Li tkun newtrali, jiġifieri mhi  ta’  ħadd u hi  ta’ kulħadd;
  • li tkun ġdida għal kollox;
  • li tkun ibbażata fuq il-lingwi kulturali moderni.

15. Għal-lingwa tiegħu Zamenhof ħa l-kliem minn lingwi diversi.  Liema huma  dawn il-lingwi u   x’persentaġġ jagħmlu fil-lingwa tiegħu?

  • Mill-Grieg u mil-Latin: 75%;
  • mill-Ġermaniż u mill-Ingliż: 20%;
  • mir-Russu: 5%.

16.  X’jisimha dik l-assoċjazzjoni ċentrali li tmexxi l-Esperanto, u fejn tinsab?

Hi l-Universala Esperanto-Asocio li għandha s-sede tagħha l-Olanda.

17.  Meta sar l-ewwel kungress tal-Esperanto, u fejn sar?

Sar fl-1905 f’Boulogne-sur-mer, Franza.

18. Il-15 ta’ Diċembru hi data importanti għall-esperantisti tad-dinja kollha. Għaliex?

Għax hi jum it-twelid ta’ Zamenhof.  Hi  wkoll  ‘Jum il-Ktieb’. L-esperantisti jiffesteġġjaw jum it-twelid  aktar milli jum il-mewt ta’ Zamenhof.

19. Fil-Kumitat tal-Lingwa (illum “l-Akkademja tal-Esperanto” ) li kien waqqaf Zamenhof

DR Gustav Busuttil, MD, il-pijunier tal-moviment esperantista f'Malta li beda fl-1903.

Dr Gustav Busuttil MD

fl-1905, kien hemm esperantista Malti. Min kien?

Kien it-Tabib Gustav Busuttil, MD.

20. Liema hu dak il-ktieb fejn Zamenhof ħalla  l-prinċipji tal-bini u l-formazzjoni tal-Esperanto li ma jistgħux   jintmissu?

La Fundamento de Esperanto.

21. “Biex lingwa tkun internazzjonali mhux biżżejjed li  ssejħilha hekk.” Min kiteb dal-kliem u fejn insibuh miktub?

Kitbu Zamenhof innifsu, u nsibuh miktub fil-qoxra ta’ barra tal-ewwel ktieb li kien ħareġ.

22. Semmi l-aktar rivista importanti, fost oħrajn, li toħroġ bl-Esperanto.

Ir-rivista  ‘Esperanto’, li toħroġ kull xahar mill-Universala Esperanto-Asocio.

23. Semmi tliet stazzjonijiet tar-Radjo, fost oħrajn, li jittrasmettu bl-Esperanto.

Radjo Polonja, Radjo Vatikan u r-Radjo Ċiniż.

24. Awtur kien irrefera għall-Esperanto b’dal-kliem: “Dar-rigal hu hekk kbir u se jkollu riżultati hekk qawwija għad-dinja, li ħadd m’għandu jagħtih bis-sieq u jkasbru.” Min hu u minn fejn hu?

Hu l-kittieb Russu Leo Tolstoj.

25. Min ippersegwita ħafna ‘l-Esperantisti hekk li jew qatilhom jew tefagħhom il-ħabs?

Hitler u Stalin.

26. Min kienu t-tliet protagonisti li mexxew ‘l-Esperanto

Arkanglu Agius

L-ispiżjar Arkanġlu Agius

f’Malta fil-bidu tas-seklu l-ieħor (is-seklu 20)?

Kienu: it-Tabib Gustav Busuttil, l-Ispiżjar Arkanġlu Agius u l-Prokuratur Legali Agostino Levanzin. It-Tabib Gustav Busuttil hu meqjus bħala l-pijunier tal-movimernt esperantista f’Malta.

27. X’jisimha l-ewwel u l-unika poeżija bl-Esperanto li kiteb Dun Karm, u meta kitibha?

Jisimha: ‘Penso Primtempa’ (Ħsieb għar-Rebbiegħa) u kitibha fl-1901.

28. Meta twaqqfet is-Soċjetà moderna tal-Esperanto f’Malta, u fejn?

Twaqqfet fis-26 ta’ Diċembru 1961, fil-Cafè Premier, il-Belt Valletta, għalhekk fis-sena 2011 għalqet 50 sena.

29. X’jismu l-magażin li toħroġ is-Soċjetà tal-Esperanto f’Malta llum?

Agostino Levanzin

Il-Prokuratur Legali Agostino Levanzin

Mezmara Stelo.

30. Fejn insibu Triq Zamenhof u Triq l-Esperanto?

Insibuhom l-Imsida.

31. Min ħadem il-monument lil Zamenhof li hemm fil-Yacht Marina, Tal-Pietà?

L-iskultur Alfred Camilleri Cauchi.

32. Meta dehru l-kotba: a) ‘Antologio de Maltaj Poetoj’ (Antolo-ġija ta’ Poeti Maltin) u b) ‘Malta Nuntempa Poezio’ (Il-Poeżija Moderna Maltija)

a) fl-1985 u b) 2009.

33. F’liema sena u fejn is-Soċjetà tal-Esperanto f’Malta kienet aċċettata bħala membru tal-Universala Esperanto-Asocio (l-Assoċjazzjoni Universali tal-Esperanto)?

Kienet aċċettata fl-1978 fil-Kungress Universali tal-Esperanto li kien sar f’Varna, il-Bulgarja.

Carmel Mallia – 15.06.2001 (Rivedut fl-2012).

 

Recent Posts