Daħla

Merħba fis-sit elettroniku tagħna.

Zamenhof MemorialL-Esperanto, l-aktar lingwa żagħżugħa fost il-lingwi mħaddma, hi lingwa internazzjonali mibdija l-Polonja fl-1887 mit-Tabib Ludvik Lazarus Zamenhof, hi relattivament ħafifa biex titgħallimha u hi magħrufa u wżata ħafna.

L-Esperanto huwa wżat ħafna fl-internet u t-turiżmu, għandu wkoll letteratura oriġinali vasta, huwa wżat ukoll fit-teatru, fiċ-ċinema u l-mużika. Użat regolarment minn stazzjonijiet tar-radjo tal-Brażil, Ċina, Cuba u l-Vatikan. It-TV Ċiniż juża regolarment l-Esperanto. Programmi oħra fuqu jidhru fl-internet.

Wara biss perjodu qasir ta’ 124 sena, l-Esperanto issa jinsab fost il-100 lingwa tal-quċċata minn fost 6,800 lingwa. U qiegħed fis-27 post fost il-lingwi wżati fil-Wikipedia; huwa wżat mill-Google, Skype, Firefox, Ubuntu u Facebook.

Dil-lingwa hi wżata ta’ kuljum fl-Asja u fl-Afrika. L-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Esperanto għandha relazzjonijiet konsultattivi mal-Ġnus Magħquda u l-Kunsill tal-Ewropa.L-użu dejjem jiżdied tal-Esperanto jinħass fi programmi bil-lingwa fit-TV Ċiniża u r-riklamar mill-Britrish Telecom. Il-Gvern Ingliż jagħmel użu minn tradutturi bl-Esperanto.

Dawk li tgħallmu l-Esperanto mit-twelid jinkludu l-World Chess Champion Susan Polgár, Ulrich Brandenburgh, l-Ambaxxatur ġdid Ġermaniż għar-Russja u n-Nobel Laureate Daniel Bovet. Ukoll il-finanzier George Soros tgħallem l-Esperanto mit-twelid.

L-Esperanto qiegħed dejjem jiżdied fil-popolarità. Il-website ġdida b’korsijiet u mezzi wżati ta’ tagħlim: http://www.lernu.net jużawha 125 000 kuljum u l-Wikipedia bl-Esperanto jżuruha mal-400 000 kuljum.

Recent Posts